Il-kantanta u għalliema Romina Mamo taqsam filmat li kienu ħadmu fuqu l-istudenti tagħha. Hi tgħid, “Ma jimpurtax jekk int twil jew qasir, oħxon jew irqiq, ġilda skura jew bjond, gay, straight jew bi … qatt tipprova tibdel lilek innifsek għal xi ħadd.”
Hi tkompli, “Niftakar ċar kemm kienet ta’ sfida għal dawn l-istudenti biex isibu aġġettiv dwarhom infushom li s-soltu jaħbu u jkollhom stampat fuq il-flokk tagħhom biex jarahom kulħadd. Iżda kienet idea mill-aqwa li ħarġu biha biex il-messaġġ li kienu qed jippruvaw jgħaddu, jgħaddi lill-udjenza. Il-monologu fl-aħħar tal-produzzjoni kien iċ-ċirasa fuq il-kejk… kien kuraġġuż ħafna u ammirevoli.”
Romina tgħid, “Din kienet waħda mill-akbar lezzjonijiet li għallmuni l-istudenti tiegħi. Għax fl-iskejjel l-istudenti mhux biss jitgħallmu, imma jekk tisma’ b’attenzjoni dak li għandhom xi jgħidu, irrispettivament minn jekk għandhomx 3 jew 16-il sena, jistgħu jgħallmuk affarijiet tal-għaġeb. U ftakar dejjem…Kun kburi b’int min int… kun int.”