“Dan Ifisser Li Mhux Biss Ilħaqna L-Għan Tagħna, Iżda Anke Baqgħalna Flus Żejda.” – James Ryder U L-Ġbir Ta’ Donazzjonijiet Għal CSAF

James Ryder

L-appell ta' James Ryder dwar il-ġbir ta' fondi għall-annimali fix-xelters laħaq tragward importanti, hekk kif ġiet ikkonfermata l-kwotazzjoni uffiċjali għall-generator meħtieġ f'CSAF.

L-ispiża finali hija ta' €11,426, ammont ferm inqas milli kien mistenni, li jfisser li l-mira tal-kampanja mhux biss intlaħqet, iżda nġabru wkoll fondi addizzjonali li issa se jintużaw biex jingħata appoġġ lil xelters iżgħar li qed jiffaċċjaw diffikultajiet minħabba s-sħana qawwija.

Għal kull xelter se jiġi allokat baġit speċifiku, biex ikun jista' jagħżel is-soluzzjoni li l-aktar għandu bżonn, fosthom l-installazzjoni ta' air conditioners jew ix-xiri ta' ġeneratur biex is-servizzi essenzjali jibqgħu għaddejjin.

"Grazzi lilkom ilkoll għal darba oħra. Ma tistgħux timmaġinaw x’għamiltu għall-annimali li qegħdin fix-xelters madwar il-pajjiż fi żminijiet bħal dawn. Għandkom qalb tad-deheb. Ilkoll kemm intom. Id-donazzjonijiet għadhom miftuħa fuq:

9901 2881 - Revolut
9919 6373 - BOV
"

James irringrazzjaw lill-pubbliku għall-ġenerożità tiegħu, u qal li l-appoġġ mogħti se jagħmel differenza kbira għall-annimali li jinsabu fix-xelters madwar Malta.

Ritratti:

Facebook/ James Ryder

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI