“Nimtela’ B’Sodisfazzjon Meta Nara Lil Binti Bl-Awtiżmu Tirnexxi Fil-Mużika” – Omm Alessia

Omm Alessia tistqarr li tħoss sens kbir ta’ sodisfazzjon meta tara lil bintha li għandha l-awtiżmu tirnexxi fil-mużika. Hi ssemmi li wieħed mill-iżjed mumenti li fih ħassitha kburija bħala omm kien proprju meta bintha kellha l-opportunità li ddoqq fuq l-istess palk mal-kantant ta’ fama internazzjonali Gigi d’Alessio.

L-omm tisħaq li llum il-ġurnata hawn iżjed għarfien minn qatt qabel dwar kundizzjonijiet bħall-awtiżmu iżda ssostni li xorta waħda għadu jeżisti sens ta’ preġudizzju lejn persuni li jbatu b’dawn il-kundizzjonijiet.

Issemmi kif minn età żgħira Alessia wriet li kellha sens ta’ passjoni lejn il-mużika u llum il-ġurnata dan wassalha sabiex saħansitra tniedi l-kunċerti tagħha.







Ritratti:

Facebook / Popolin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI