“Nina Għallmitni Ħafna. Għallmitni Mhux Biss Bil-Pariri Tagħha, Imma Bl-Eżempju Tagħha.” – L-MP Jerome Caruana Cilia Jsellem Il-Memorja Ta’ Qormija

Il-Membru Parlamentari Jerome Caruana Cilia jaqsam numru ta’ ritratti ma’ Antonia Bugeja, magħrufa bħala Nina Bugarra. Hu jikteb, “Illum ftakart fik Antonia Bugeja, kif nafuha aħna l-Qriema, Nina Bugarra. Dwar Nina nista’ nikteb ktieb. Ħafna rakkonti fuq ċkunitha. Rakkonti dwar il-festa ta’ San Ġorġ, il-politika, Ħal Qormi, il-familja u l-ħajja fl-imgħoddi.”

Jerome ikompli billi jgħid, “Ħafna memorji sbieħ meta kont immur sa ħdejha jew inċemplilha. Dejjem b’xi ħaġa tal-ikel lesta. Kemm kienet tagħmilli kuraġġ. Kemm ferħet meta ġejt elett fil-Parlament.”





Hu jistqarr, “Nina għallmitni ħafna. Għallmitni mhux biss bil-pariri tagħha, imma bl-eżempju tagħha. Nina kienet mara li tassew għixet il-Vangelu. Mhux bil-paroli imma bil-fatti. Għaddiet minn ħafna, u b’hekk kellha karattru sod. Kif ngħidu… ta’ żaqqha f’fommha, imma l-ġenwinità tagħha rari għadek issibha. Qalbha tad-deheb.”

Jerome itemm, “Kienet turi rispett lejn kulħadd. Dejjem tara kif se tgħin lill-proxxmu. Meta tmur iżżurha bil-fors trid tiekol… ngħiduha kif inhi, tiżbalja jekk ma dduqx l-ikel tajjeb ta’ Nina. Nimmissjak Nina. Sakemm nerġgħu niltaqgħu għażiża.”

Insellmulek Nina!

Facebook / Jerome Caruana Cilia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI