"Ninsab Tassew Miblugħ… Grat Immens U Onorat" – Lawrence Gray B'Messaġġ Speċjali Ta' Gratitudni

Il-kantant maħbub u magħruf Lawrence Gray għadu kemm ippubblika messaġġ speċjali fejn wera l-apprezzament tiegħu f’isem il-mara tiegħu Maronia wkoll rigward l-għadd ta’ messaġġi ta’ awgurju li rċevew.

FIl-fatt dal-aħħar il-koppja Gray iċċelebraw għeluq l-anniversarju miż-żwieġ tagħhom kif ukoll għeluq snin Lawrence. Il-pubbliku bħal dejjem wera imħabba kbira lejhom u bagħat l-isbaħ xewqat għal dawn il-jiem prezzjużi. “Ninsab tassew miblugħ tant li nixtieq nieħu l-okkażżjoni nirringrazzja mill-qalb lil kull min ħa l-ħin jibgħatilna l-messaġġi bl-isbaħ xewqat lili u lil marti”.

Lawrence ikompli billi jgħid li l-ġest mill-isbaħ li wrew lejhom tant nies, sa baqgħu jirċievu aktar xewqat sbieħ sal-lum! 





Minn qalbna nerġgħu nawguraw lill-koppja Gray għall-anniversarju kif ukoll lil Lawrence aktar snin ta’ saħħa u kuntentizza!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI