“Nirringrazzjaw Minn Qalbna Lil Fr Osmar Għas-Servizz Dedikat Tiegħu Fil-Parroċċa Tal-Ibraġġ” – Kunsill Lokali Swieqi

Il-paġna uffiċjali ta’ Facebook tal-Kunsill Lokali Swieqi ħabbret li s-sindku tas-Swieqi ppreżenta premju ta’ għarfien lil Fr Osmar flimkien ma’ messaġġ ta’ ringrazzjament bil-għan li juri apprezzament għax-xogħol tiegħu f’din il-komunità.

Fuq din il-paġna, is-Sindku Noel Muscat kiteb, “Nirringrazzjaw minn qalbna lil Fr Osmar għas-servizz dedikat tiegħu fil-Parroċċa tal-Ibraġġ. L-atruwiżmu tiegħek, il-pariri u tmexxija tiegħek, flimkien max-xogħol bla waqfien tiegħek ħallew marka fuq tant persuni fil-komunità tagħna. Noel Muscat, Is-Sindku.”

Huwa tassew ġest sabiħ li nirrikonoxxu x-xogħol ta’ ħaddieħor li jiġi magħmul bil-kwiet u mill-qalb għaliex minkejja li ma jagħmlux għal xi ċertifikat, jistħoqqlu ringrazzjament talli dejjem jaħseb f’ħaddieħor. Nirringrazzjaw mill-qalb lil Fr Osmar tax-xogħol kollu tiegħu!





Is-Swieqi Local Council



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI