Moħħok Hemm ser ikun qed jirritorna minn Ottubru li ġej. L-istaġun il-ġdid ser ikollu dehra ġdida, format ġdid kif ukoll preżentatur ġdid.
TVMnews ħabbru li l-premju għal min jirbaħ ser ikun Dacia Sandero Stepway Extreme b’kollaborazjoni ma’ Auto Sales Ltd – Kind’s. Kull ġimgħa ħa jkun qed jintrebaħ Mini Cruise mal-MSC World Europa.
Ser ikun hemm ukoll sfidi ġodda li joħolqu aktar eċitament u tensjoni għall-parteċipanti u t-telespettaturi. Il-preżentatur popolari Pablo Micallef ser ikun qed jieħu ħsieb dan il-kwiżż televiżiv li ħalla impatt qawwi. Dan ħabbruh is-sit TVMnews.
Mhix l-ewwel darba għall-Pablo li qed jippreżenta kwiżż televiżiv mimli tensjoni. Hu popolari ħafna għall-programm maħbub Deal Or No Deal.
Facebook/ Moħħok Hemm