“Nissimpatizza Ma’ Dawk Il-Vera Li Jkunu Jistennew L-Festa” – Aġġornament Tat-Temp

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp taw il-previżjoni tagħhom għal dak li għandna nistennew mit-temp fil-jiem li ġejjin.

Huma qalu, “Il-Ġimgħa Xlokk forza 3 għal 2 mix-Xlokk u xemxi. Temperatura l-ogħla tmiss l-40°C u l-anqas 27°C. Is-Sibt xemxi b’riħ ħafif forza 2 għal 3 li jdur Majjistral wara 15:00 u jitla forza 3 jitla forza 4 sa nżul ix-xemx mill-Majjistral u jitla forza 5 wara 21:00. Temperatura l-ogħla tmiss il-35°C u l-inqas 24°C. Il- Ħadd xemxi b’riħ forza 5 għal 6 Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 31°C u l-inqas 24°C.

Żiedu, “It-Tnejn xemxi b’riħ forza 6 Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 30°C u l-inqas 24°C. It-Tlieta xemxi b’riħ forza 6 punent Majjistru. Temperatura l-ogħla tmiss 29°C u l-anqas 23°C. L-Erbgħa xemxi b’riħ forza 5 punent. Temperatura l-ogħla tmiss 29°C u l-inqas 23°C. Il-Ħamis xemxi b’riħ forza 5 Punent u li jnaqqas mas-sebħ għal forza 3 Punent. Temperatura l-ogħla tmiss 31°C u l-anqas 24°C. Issa dħalna fi probabbiltà aktar konkreta ta’ kif ser ikun it-temp speċjalment bħala riħ. Nissimpatizza ma’ dawk il-vera li jkunu jistennew l festa.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI