“Nista’ Ngħid B’Sinċerità Li Ninsab Grat. Grazzi Lil Alla… Inħossni Xxurtjat Li Għadni Nagħmel Dak Li Nħobb.” – Glenn Sacco

Glen Sacco

Glen Sacco jagħlaq kapitlu u jħares lejn bidu ġdid hekk kif jagħlaq l-40 sena Il-mużiċist Malti qasam messaġġ personali fuq Facebook hekk kif jinsab f’għeluq ta’ kapitlu importanti f’ħajtu, bil-mużiċist jiċċelebra għeluq l-40 sena.

Meta jħares lura lejn is-snin li għaddew, huwa qal li jħossu grat, partikolarment għall-fatt li l-mużika għadha preżenti f'ħajtu u li għadu jista’ jagħmel dak li jħobb.

Madankollu, il-mużiċist irrikonoxxa wkoll li fil-ħajja dejjem ikun hemm affarijiet li ma nkunux kompletament kuntenti bihom, jew li nixtiequ nbiddlu. Saħansitra, qal li kultant dawn l-esperjenzi jistgħu jibdluna aktar milli nindunaw.

"Il-ħajja għandha mod kurjuż kif tissorprendik. Lest għall-40 sena… għall-mużika, għall-ħajja, għal bidu ġdid, u għal kull ħaġa sabiħa li qed tistenniena."

Awguri Glen!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI