Temperaturi Ta’ 49°C Fl-Alġerija Jikkawżaw Nirien Kbar – Jista’ D-Duħħan Jasal Sa Malta?

xemx tikwi

Il-mewġa ta’ sħana qawwija li laqtet il-Lvant tal-Alġerija, b’temperaturi sa 49°C, ikkawżat nirien kbar f’diversi nħawi, b’rapporti wkoll dwar numru ta’ vittmi.

Immaġini bis-satellita juru d-duħħan tan-nirien jinġarr mill-irjieħ lejn it-Tramuntana tal-Libja, u skont analiżi tat-temp, huwa possibbli li parti minn dan id-duħħan waslet lejn in-Nofsinhar ta’ Malta.

Dan jista’ jispjega s-sema mdardar u l-viżibbiltà kemxejn aktar baxxa osservati kmieni dalgħodu, flimkien mal-preżenza tar-ramel fl-arja.

Madankollu, ġie enfasizzat li din hija biss analiżi u mhux informazzjoni xjentifikament approvata mill-awtoritajiet. Għaldaqstant, bħalissa m’hemm l-ebda allarm maħruġ mill-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta dwar din is-sitwazzjoni.

L-appell huwa biex kwalunkwe informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja jew possibbli riskji għas-saħħa tingħata biss meta tkun ikkonfermata mill-awtoritajiet kompetenti, peress li analiżi jew osservazzjonijiet personali waħedhom ma jfissrux li l-konklużjoni hija fattwali.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI