“5 Snin Miżżewġin. Grazzi Tal-Imħabba Tiegħek, Malcolm.” – Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said qed tiċċelebra ġurnata tassew speċjali flimkien ma’ żewġha Malcolm, hekk kif illum jaħbat il-ħames anniversarju miż-żwieġ tagħhom. Għal din l-okkażjoni, Alicia qasmet messaġġ qasir iżda mimli mħabba fuq il-midja soċjali, fejn irringrazzjat lil żewġha għall-imħabba tiegħu tul dawn is-snin.

“5 snin miżżewġin. Grazzi tal-imħabba tiegħek, Malcolm,” kitbet Alicia fid-dedikazzjoni tagħha. Dan l-anniversarju jasal fi żmien aktar speċjali għall-koppja, hekk kif ftit jiem ilu laqgħu fid-dinja t-tieni tifla tagħhom. Alicia u Malcolm issa huma ġenituri ta’ żewġt ibniet, u għalhekk qed jiċċelebraw dan il-pass importanti fiż-żwieġ tagħhom hekk kif il-familja tagħhom għadha kemm kompliet tikber.

Ħames snin wara li qalu “iva” lil xulxin, il-koppja għandha ħafna għal xiex tkun grata, b’familja ta’ erbgħa u kapitlu ġdid li għadu kemm beda għalihom. Minn Gwida, nawguraw lil Alicia u Malcolm l-isbaħ xewqat f’dan il-ħames anniversarju taż-żwieġ tagħhom u aktar snin sbieħ flimkien mal-familja tagħhom!

Ritratti:

Facebook / Alicia Bugeja Said

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI