Fuq il-paġna ‘Shazia My Story’, omm Shazia kitbet lil bintha messaġġ mimli mħabba fi żmien diffiċli għalihom.
Hi kitbitilha, “Għażiża binti, waslet il-ġurnata, dik li ilna nistennew b'tama u b'talb. Naf kemm kont tħobb tmur il-baħar, imma għal dawn iż-żewġ weekends se nagħmlu sagrifiċċju żgħir. Il-baħar se jibqa' hemm jistenniena, imma saħħtek tiġi l-ewwel. Ħa jagħmlulek il-loppju biex it-tobba jkunu jistgħu jiċċekkjaw għajnejk sew u jsibu x'qed jikkawżalek din il-vista. Għalkemm ninsab imħassba, naf li int b'saħħtek u kuraġġuża.”
Żiedet tgħidilha, “Nitlob lil Alla biex kollox imur tajjeb, biex it-test jgħaddi bla problemi, u biex it-tobba jsibu l-aħjar kura għalik. J’Alla l-vista tiegħek titjieb, l-uġigħ jonqos, u dalwaqt nerġgħu mmorru flimkien il-baħar, nidħku u ngawdu. Ftakar dejjem, binti, li inti d-dinja tiegħi. Inħobbok aktar milli jistgħu jgħidu l-kliem, u se nkun dejjem ħdejk, f'kull pass u f'kull mument. Alla jbierek lilek u jżomm idejh fuqek dejjem.”
Facebook / Shazia My Story