Il-Parroċċa San Sebastjan ta’ Ħal Qormi awgurat lil Patri Andrew Galea fl-anniversarju tal-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu, permezz ta’ messaġġ t’awgurju fuq il-paġna tagħhom.
Huma kitbu, “Il-Parroċċa tifraħ u tawgura lil Patri Andrew Galea OFM Conv. li għada jiċċelebra l-15-il anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Filwaqt li nifirħu miegħu għad-don tas-saċerdozju, inkomplu nżommuh fit-talb tagħna biex il-Mulej jieqaf miegħu ħalli jkompli jaqdi l-Knisja fil-ministeru tiegħu. Nitolbu wkoll biex mill-Parroċċa tagħna jkomplu jitwieldu aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi. Ad Multos Annos!”
Nawgurawlu mill-qalb u nitolbu biex Alla jkompli jżomm idejh fuqu! Grazzi tal-ħidma tiegħek!