Rebecca Bartolo Cutajar f’isem Noah’s Ark xtaqet tgħaddi appell għall-għajnuna tal-pubbliku hekk kif kien hemm żieda ta’ klieb fid-dar tal-annimali.
Iktar ma jiżdiedu annimali, il-finanzi aktar ser ikunu ta’ bżonn. Dan l-appell sar hekk kif hemm bżonn li jsiru donazzjonijiet ta’ xugamani biex ikun hemm biżżejjed biex jintużaw mill-klieb kollha. “Ħafna klieb ifisser ħafna ħasil” tikteb Rebecca.
Jekk tista’ tagħti d-donazzjoni tiegħek, ikkuntatja lid-dar fuq il-paġna uffiċjali mill-aktar fis possibli. Nirringrazzjawk!

Facebook/ Noah’s Ark