Illum jiċċelebra għeluq sninu l-artist lokali Janvil li rajnieh f’diversi kompetizzjonijiet lokali matul is-snin. Mhux biss iżda wkoll narawh jallegra diversi persuni f’numru ta’ avvenimenti.
Il-mara tiegħu Nadine f’dan il-jum tikteb, “OMG! Nofs seklu illum! Għadek tidher żagħżugħ – inti l-iktar raġel umli u ħabrieki. Għandna ħafna tifkiriet sbieħ flimkien u għad hemm aktar ġejjin. Inħobbok immens. Nittama li tgawdi dan il-jum sal-aħħar. L-għeluq il-50 sena t-tajjeb!”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbu. Nawgurawlu sena mimlija saħħa, hena u avventuri mużikali ġodda.
Awguri mill-qalb Janvil!
Facebook / Ian James Vella