Fost il-panel tal-bieraħ waqt id-diskussjoni taħraq fuq Popolin, li jixxandar fuq TVM, kien hemm Trihanna Wilde. Drag queen li kontinwament tispira bil-kontenut professjonali tagħha.
Trihanna tikteb, “Grazzi tal-istedina Popolin. Minkejja l-kummenti negattivi kontra drag, nibqa’ impenjata għall-għanijiet tiegħi u nonora lil dawk li ħejjew it-triq għalija u għal oħrajn biex nirrappreżentaw l-arti tagħna.”
Indubjament bosta kkummentawlha u rreaġixxew b’appoġġ għal din il-post li tefgħet. Ċertament li Trihanna kienet waħda minn dawk li tkellmet għal ħafna individwi li għadhom qed iħossuhom miċħuda milli jkunu huma min huma, bla preġudizzji.
Prosit Trihanna Wilde!