Illum jaħbat għeluq snin Moira Stafrace, li ftit tal-jiem ilu tilfet lill-għażiża ommha. Forsi ħafna ma jħossux li hu l-waqt li jiċċelebraw għeluq sninhom wara telfa daqshekk għażiża iżda Moira taħsibha ħarira differenti u tiddeċiedi li tiċċelebra bil-mod tagħha sabiex tfakkar it-tifkira ferm u ferm għażiża ta’ ommha.
Hi kitbet, “Normalment f’dan il-jum nirċievi telefonata mingħand ommi li tawgurali f’għeluq snini u nispiċċaw inqattgħu ħin flimkien… Mhux din id-darba.. Mhux iktar .. Qed naħseb kif m’hemm xejn x’niċċelebraw illum… madankollu… hemm!”
Moira bl-aktar mod onest tgħid, “Illum irrid niċċelebra l-ħajja li tatni l-omm sabiħa tiegħi. Kienet il-blata tiegħi għax mxiet m’Alla… kienet il-gwida tiegħi… l-iktar ħabiba leali tiegħi… Mara eżemplari… il-fan numru wieħed tiegħi… omm tal-għaġeb li tħobb min kien dejjem preżenti f’ħajti…”
Moira tkompli billi tgħid, “Hi d-dawl f’qalbi u dak id-dawl li jibqa’ jgħix permezz tiegħi għall-bqija ta’ ħajti.” Hi tgħid li ħa tgħolli tazza nbid ħamra u tagħlaq bil-kliem, “Grazzi ma… Illum għalik. Sa ma nerġgħu niltaqgħu.”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt ngħaddu l-awguri tagħna lil Moira f’dan il-jum speċjali. Ninsabu ċerti li issa ommha tinsab magħha kuljum u qed tiċċelebra dan il-jum magħha wkoll! Awguri Moira!
Facebook / Moira Stafrace