Infrastructure Malta qed javżaw dwar għeluq ta’ triq bejn is-17 u l-21 ta’ Marzu f’parti minn Triq il-Mosta u r-roundabout.
“Notifika t’Għeluq: parti minn Triq Il-Mosta u r-roundabout, fid-direzzjoni minn Ħal Lija lejn il-Mosta,fl-iljieli ta’ bejn it-Tnejn 17 ta’ Marzu 2025 u l-Ġimgħa 21 ta’ Marzu 2025, bejn is-7pm u 5am.”
“L-Erbgħa 19 ta’ Marzu, parti mir-roundabout se tingħalaq mit-3:30pm ‘il quddiem. Raġuni għall-għeluq: xogħlijiet ta’ manutenzjoni u asfalt madwar ir-roundabout u t-toroq fl-inħawi. Ir-rotta mill-Mosta lejn Ħal Lija, in-Naxxar u l-Iklin mhux se tiġi affettwata.”
“Jekk jogħġbok ippjana l-vjaġġ tiegħek minn qabel, segwi t-tabelli u uża rotta alternattiva mit-Telgħa tal-Għaqba, in-Naxxar u Triq Franġisku Pisani, il-Mosta. Grazzi tal-koperazzjoni.”
Facebook/Infrastructure Malta