Il-fotografa lokali Lorella Castillo, tellgħet ritratt fuq il-mezzi soċjali tagħha b’James Ryder bħala San Ixgħelu, skontha l-qaddis patrun tal-ħsarat. Lorella tikteb, “O kbir San Ixegħlu, Qaddis Patrun tal-ħsarat, idħol għalija u żomm idejk fuqi, għax dal-ġelat m’għadux friżat.”
Hi tkompli, “Isma’ talbi San Ixgħelu, protettur tal-ġeneratur, ibgħatli kemm kemm ta’ żiffa , għax lanqas il-fann mhi qed iddur. U kemm se ndum naqra kotba, b’naqra xemgħa għax hawn dlam ċappa? Mank id-dawl tat-triq mhu jixgħel, lanqas nidhru fuq il-mappa.”
Hi ttemm, “Sejra l-Beer Fest nieħu birra, għandi ġibda minn San Pawl, ngħidu talba ‘l San Ixegħlu, li Ta’ Qali jagħti d-dawl.”
X’taħsbu minn dan ir-ritratt artistiku?
Facebook / Lorella Castillo