Stephanie Spiteri, il-preżentatriċi ta’ ‘Illum ma’ Steph’ illum għadha kemm qatgħet xewqa oħra minn tagħha. Din ix-xewqa saret possibli bis-saħħa ta’ Spazzju Kreattiv.
Steph kellha idea li toħloq esibizzjoni mimlija krafts, ideat u kreazzjoni mis-segwaċi tagħha li jiddokumentaw il-ħajja fiż-żmien il-Covid meta konna qegħdin f’ “lockdown”.
Din hi wirja bl-isem ta’ “Mil-Lenti tal-Poplu: Djarju Kwarantina”, kien proġett effettiv, b’aktar minn 140 sottomissjoni. Dan il-proġett għandu l-intenzjoni li jispjega xi ħaġa dwar dak li niltaqgħu minnu ta’ kuljum u l-esperjenzi fil-kwarantina. L-aktar sottomissjonijiet espressivi ntgħażlu fejn jinsabu esebiti fi Spazju B ta’ Spazzju Kreattiv.
Proset Steph! X’idea dik!