Fuq il-mezzi soċjali tagħha Gillian Attard, li llum tista’ tgħid il-missjoni tagħha hija mal-istudenti tagħha fi ħdan La Voix Academy, taqsam ritratt ta’ rikonoxximent li ġiet mogħtija.
Hi tikteb, “Ninsab tassew onorata u grata li rċevejt dan l-unur sabiħ ta’ tifkira mingħand is-Soċjetà Mużikali Beland, f’għeluq il-20 anniversarju mill-ewwel ezekuzzjoni tad-diska ‘Katarina Inħobbuk’.”
View this post on Instagram
Hi żżid, “Grazzi minn qalbi lil kull min kien parti minn dan il-vjaġġ mużikali tul is-snin kollha speċjalment lil Mark Tonna għall-kliem u l-mużika li jibqgħu f’qalb ħafna nies. Dan l-unur jgħallimni kemm il-mużika kapaċi tħalli marka li tibqa’ tul iż-żmien.”
Gillian ittemm tgħid, “Ma’ din is-soċjetà kbira għandi memorji li qatt ma ninsa. Grazzi mill-ġdid talli wrejtu apprezzament għal dan il-mument daqshekk speċjali għalija.”
Unur bħal dan ifakkarna kemm għandna l-festi f’qalbna u parti mill-kultura rikka ta’ pajjiżna. Il-festi jagħtuna verament identità.