“Parti Mil-Korsija Tas-Saqqajja, Fid-Direzzjoni Minn Triq Nikola Saura Lejn L-Imdina Se Tkun Magħluqa” – Infrastructure Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Infrastructure Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni importanti rigward xi xogħlijiet li ser ikunu qed jibdew dalwaqt.

Qalu, “Nhar it-Tnejn 12 ta’ Jannar 2026, se nibdew xogħlijiet biex nagħtu ħajja ġdida lis-Saqqajja, ir-Rabat, parti mill-inizzjattiva nazzjonali ta’ VjalKulħadd. Permezz ta’ disinn ġdid, se nagħtu lura lill-pubbliku spazju isbaħ u iktar sigur għall-familji u għall-eluf ta’ turisti li jiffrekkwentaw din iż-żona pittoreska.”

Żiedu, “Se ninstallaw sistema ġdida ta’ dawl intelliġenti, iddisinjata apposta biex jitnaqqas it-tniġġis tad-dawl fiż-żona. Mas-siġar indiġeni u arbuxelli ġodda li se nħawlu, se nintroduċu wkoll sistema tal-irrigazzjoni biex niżguraw li s-siġar u l-pjanti jinżammu f’saħħithom matul is-sena kollha. Se ntejbu wkoll is-sistema tal-parkeġġ għal waħda aktar organizzata u sigura, b’punti ġodda għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi, kif ukoll numru ta’ xtillieri ġodda għar-roti u l-iscooters.”

Qalu wkoll, “Fl-ewwel fażi tal-proġett, parti mil-korsija tas-Saqqajja, fid-direzzjoni minn Triq Nikola Saura lejn l-Imdina se tkun magħluqa sakemm jinħareġ avviż ieħor. Ippjana l-vjaġġ tiegħek minn qabel u agħmel użu minn Triq l-Għeriexem, ir-Rabat, biex tivjaġġa lejn l-Imdina. Rotot oħra mal-madwar mhux se jiġu affettwati. Segwi il-mappa t’hawn taħt biex tifhem aħjar ir-rotot fiż-żona. Grazzi tal-koperazzjoni.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI