Parti Mill-Marsa-Ħamrun Bypass Se Tkun Magħluqa Llejla U Nhar Il-Ħadd!

Fuq il-midja soċjali Infrastructure Malta ħabbret li parti mill-Marsa-Ħamrun Bypass se tkun magħluqa mil-lejla. 

Il-Ħamis, mit-8pm sal-5:30am, u nhar il-Ħadd, mis-7am sal-4pm (18 u 21 ta’ Frar 2021),  il-korsiji tat-tramuntana ta’ fuq il-flyover tal-Marsa-Ħamrun Bypass f’Ħal Qormi se jkunu magħluqin biex nagħmlu xogħlijiet billejl, bħala parti mill-proġett ta’ titjib ta’ din il-flyover u l-inżul u t-tlajja mal-ġnub tagħha,” ġie miktub fuq il-paġna. 





Il-paġna talbet ukoll biex wieħed isegwi t-tabelli “lejn in-niżla għar-roundabout ta’ taħt il-flyover u lura lejn l-istess Bypass mit-telgħa fid-direzzjoni tat-tramuntana.” 

Tgħidx li m’avżajnikx!

Facebook/Infrastructure Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI