Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli spjegat li f’Malta qed isiru diversi tibdiliet sabiex il-komunitajiet isiru aktar siguri u faċli biex ngħixu fihom. F’bosta lokalitajiet diġà qed naraw bankini aċċessibbli, rotot imtejba u servizzi ta’ trasport komunitarju li jgħinu lil kulħadd, speċjalment dawk vulnerabbli. L-użu ta’ vetturi elettriċi qed jibda jikber ukoll u dan qed jagħmel it-trasport aktar nadif u effiċjenti.
Ħidma importanti oħra hija r-reġjonalizzazzjoni tal-iskart li tat spinta biex is-servizz jitjieb u jkun aktar organizzat. U ejja ma ninsewx id-diġitalizzazzjoni: illum nistgħu nirrappurtaw ilment jew nagħmlu suġġeriment online f’sekonda – xi ħaġa li qabel kienet tieħu ġimgħat biex titwettaq.
Dawn is-suġġetti ġew interpretati waqt is-CEMR Summit f’Malta, fejn ġie diskuss kif il-gvern lokali qed jindirizza l-bidliet demografiċi tal-pajjiż. Permezz ta’ aċċess aħjar, servizzi aktar moderni u inizjattivi li jġibu s-sostenibbiltà, l-għan huwa li jinbnew komunitajiet b’saħħithom u lesti għall-futur.
Fl-aħħar nett, Zerafa Civelli saħqet li dawn il-proġetti jirnexxu biss jekk tkompli tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali u reġjonali.
Facebook / Alison Zerafa Civelli