Pete Buttigieg, is-Segretarju tat-Trasport tal-Istati Uniti ħabbar li hu u r-raġel tiegħu Chasten ser isiru ġenituri! Huma għaddejjin minn proċess ta’ adozzjoni li għadha mhix kompluta iżda fil-qrib.
Hu qasam din l-aħbar sabiħa fuq Facebook u Twitter, “”Għal xi żmien, jien u Chasten ridna nkabbru l-familja tagħna. Aħna fb’ferħ inħabbru li sirna ġenituri!”
“Ser inżommukom aġġornati dalwaqt!,” ikkonkkuda Buttigieg, filwaqt li rringrazzja lil kulħadd tas-sapport.
Il-politiku Malti-Amerikan huwa l-ewwel membru tal-kabinett omosesswali fl-istorja tal-Amerika.