Petra Tiċċelebra Għeluq Snina

Petra. Artista li għalkemm ilha fix-xena mużikali Maltija għal aktar minn 10 snin, matul l-aħħar 12-il xahar, kellha qabża kbira fil-karriera tagħha, hekk kif spiċċat fir-raba’ post tal-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta. Petra hija l-aktar kontestanta li għamlet suċċess minn dawk tal-kategorija tagħha u kienet l-unika waħda li għamlita għall-finali.

Din il-kantanta llum tagħlaq 32 sena, hekk kif twieldet fil-11 t'Awwissu 1987.

Petra tiffoka l-aktar fuq il-ġeneri tal-RnB, Jazz u Soul; u kkompetiet kemm-il darba fil-Malta Eurovison Song Contest, bl-aktar waħda riċenti tkun fl-2018 b’Evolution.

Kif ser tqatta’ din il-ġurnata Petra? Bħalissa hi qed turi l-versatilità tagħha bħala artista, sewwa sew fir-reċtar, hekk kif qed tifforma parti mill-kast tal-musical Il-Kbir Għadu Ġej li matul dawn il-jiem, inkluż illejla f’għeluq snin Petra, qed jiġi mtella' f’Dar il-Mediterran.

petra

Awguri Petra!

Facebook / @petraofficialI

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI