Pierre Cordina Jingħaqad Ma’ MAGIC Wara Li Telaq Minn Bay Easy Kmieni Din Il-Ġimgħa!

L-istazzjon MAGIC ħabbar b’eċitament li Pierre Cordina se jkun qed jingħaqad mat-tim tiegħu wara li riċentement ħalla l-irwol tiegħu f’Bay Easy. Pierre, li huwa wieħed mill-preżentaturi l-aktar maħbubin u rispettati fix-xena tar-radju lokali, se jkun qed jippreżenta programm ġdid kuljum bejn is-13:00 u t-15:00, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.





Matul is-snin, Pierre bena reputazzjoni bħala preżentatur dinamiku u awtentiku, magħruf għall-vuċi karatteristika tiegħu u l-ħila li jżomm konnessjoni mill-qrib mas-semmiegħa tiegħu. Il-passat tiegħu f’Bay Easy kien wieħed ta’ suċċess, iżda issa jiftaħ kapitlu ġdid fil-karriera tiegħu fuq MAGIC, li ddeskrivew dan, “żieda eċċitanti mat-tim kreattiv tagħha.”

Is-segment ta’ nofsinhar se jkun imżewwaq b’mużika magħżula b’attenzjoni, kummenti u kumpanija li ġġib magħha l-istil uniku ta’ Pierre. Kemm f’dak li hu kontenut kif ukoll fl-enerġija li jagħti fuq ir-radju, mistenni li dan il-programm ikun favorit għal dawk li jsegwu MAGIC.

Facebook / Pierre Cordina



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI