Diversi utenti ta’ Revolut f’Malta u f’pajjiżi oħra qed jirrapportaw problemi biex jaċċessaw il-kontijiet tagħhom u jagħmlu trasferimenti ta’ flus, hekk kif jidher li l-pjattaforma qed tesperjenza problemi tekniċi li qed jaffettwaw diversi servizzi. Numru ta’ utenti qed jilmentaw li meta jippruvaw jużaw l-applikazzjoni, jitla’ messaġġ li jinfurmahom li xi ħaġa marret ħażin u li għandhom jerġgħu jippruvaw aktar tard.
We are currently experiencing a service disruption affecting multiple services. We can confirm that all our customers’ money and data are safe. We’ve been working to fix the issue since it was identified this morning and apologise to anyone affected and for any inconvenience caused.
— Revolut (@Revolut) October 20, 2026
Fi stqarrija ppubblikata fuq il-midja soċjali, fosthom fuq Reddit u X, Revolut irrikonoxxiet li qed tesperjenza interruzzjoni fis-servizzi tagħha. "Bħalissa qed nesperjenzaw problemi tekniċi li qed jaffettwaw diversi servizzi. Għaldaqstant, jista’ jkun li xi funzjonijiet tal-applikazzjoni ma jkunux aċċessibbli," spjegat il-kumpanija.
Revolut żiedet li t-tim tekniku tagħha qed jaħdem biex is-servizzi jerġgħu lura għan-normal kemm jista’ jkun malajr, filwaqt li skużat ruħha għall-inkonvenjent ikkawżat. S’issa, il-kumpanija għadha ma tatx indikazzjoni ta’ kemm jista’ jdum dan it-tfixkil jew meta l-utenti se jkunu jistgħu jerġgħu jużaw is-servizzi kollha mingħajr problemi.
Intom qed tesperjenzaw xi diffikultajiet bl-applikazzjoni ta’ Revolut?