Il-Ministru Keith Azzopardi Tanti fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet qasam messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali sabiex jawgura lil missieru fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu. Permezz ta’ kliem sempliċi iżda mimli mħabba u gratitudni, il-Ministru rringrazzja lil missieru għall-imħabba, il-pariri u l-appoġġ li dejjem tah matul is-snin.
"Awguri mill-qalb f’għeluq sninek, Pa. Grazzi tal-imħabba, il-pariri u s-sapport li dejjem tajtni matul is-snin," kiteb Azzopardi Tanti. Messaġġ li juri r-rabta sabiħa bejn missier u ibnu, kif ukoll l-apprezzament lejn dawk il-persuni li tul ħajjitna jkunu dejjem hemm għalina, kemm fil-mumenti sbieħ kif ukoll f’dawk aktar diffiċli.
Bla dubju, kliem li jfakkarna kemm hu importanti li nuru l-gratitudni tagħna lejn il-ġenituri tagħna u napprezzaw dak kollu li jagħmlu magħna. Minn qalbna ningħaqdu mal-Ministru Keith Azzopardi Tanti biex nawguraw lil missieru l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu!
Facebook / Keith Azzopardi Tanti