Fuq is-sit Television Malta tħabbar li Prof. Gauci għadha kif għaddiet l-aħħar aġġornamenti rigward x’se jsir bil-miżuri u restrizzjonijiet ġodda li l-poplu Malti u Għawdxi qed jistenna.
“Il-Prof. Gauci qalet li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar miżuri ġodda biex titwaqqaf kemm jista’ jkun l-imxija ta’ dan il-virus. Qalet li l-miżuri l-ġodda se jidħlu fis-seħħ skont dak li qiegħed jiġri fil-komunità. Madankollu qalet li n-nies ukoll iridu jistaqsu lilhom infushom jekk humiex qegħdin isegwu r-restrizzjonijiet preżenti.”
Prof. Gauci iżżid li l-pubbliku għandu jkun responsabbli u jeħtieġ li jħares dak li qed jgħidulna l-awtoritajiet jekk irridu li l-miżuri jiswew. Hemm bżonn li kulħadd iħares ir-regolamenti u ċerti affarijiet tiġi minna, per eżempju li ma nitħalltux ma’ ħbieb jew kollegi jekk inħossu xi sintomu.
Ara HAWN
Instagram/ kurt.attard/ Facebook/ Charmaine Gauci