Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Membru tal-Parlament Ewropew Peter Agius qasam mas-segwaċi tiegħu awgurju hekk kif Noel Formosa ġie maħtur Rapporteur tal-Istrateġija Ewropea tal-Gżejjer.
Hu qal, “Ejja ħa naħdmu flimkien għal Għawdex! Prosit kbira lil Noel Formosa li ġie maħtur Rapporteur tal-Istrateġija Ewropea tal-Gżejjer. Aħna ġia bdejna niddiskutu kif din l-istrateġija trid tgħin gżejjer bħal Għawdex u Malta b'politika adattata u konxja tal-isfidi ta' min irid jaqbad vapur u ajruplan għal ħafna affarijiet li l-pajjiżi l-kbar jeħduhom for granted.”
Żied jgħid, “Noel u jiena naqblu fuq diversi punti fosthom konvinzjoni sħiħa li biex nimxu l'quddiem jeħtieġ niġbdu ħabel wieħed mill-posizzjonijiet kollha bil-Maltin fl-Ewropa!”