Diskussjoni li tibqa’ fuq fomm bosta segwaċi ta’ Love Island Malta hija dwar il-qabża fl-età bejn Zach u Hayley. Zach bħalissa għandu 19-il sena filwaqt li Hayley għandha 34. Bejniethom hemm madwar 15 jew 16-il sena, distakk fl-età li għal bosta nies mhux meqjus normali, speċjalment hekk kif wieħed għadu meqjus bħala teenager.
Bosta min-nies qed jgħidu li minħabba dan il-fatt, ir-relazzjoni tagħhom mhix ser tkompli fuq barra l-villa. Oħrajn bħal Zach, jemmnu li hija konnessjoni f’saħħitha. Zach għadu ħiereġ mill-iskola, filwaqt li Hayley tinsab fuq paġna oħra tal-ħajja. Madankollu, kien hawn bosta relazzjonijiet ta’ etajiet simili li rnexxew.
X’taħsbu intom?
Love Island Malta