Love Island ilu jsir madwar id-dinja għal numru ta’ snin, fejn bosta kontestanti tkellmu wara u qalu li l-kummenti ħallew impatti negattivi fuq is-saħħa mentali tagħhom. Mhux l-ewwel każ fejn kontestant jew kontestanta spiċċaw biex neħħew ħajjithom b’idejhom wara li kienu fil-villa.
Permezz ta’ kitba fuq il-grupp publiku Love Island Malta Memes, Karen Fero, membru tal-istess grupp, ġibdet l-attenzjoni tas-segwaċi li ċertu kummenti jistgħu jħallu impatt negattiv fuq il-kontestanti. Hi semmiet lil Amy li bħalissa tinsab fuq fomm bosta min-nies minħabba l-atteġjament tagħha ġewwa l-villa.
Hi qalet, “Taf min hu bully? Inthom kollha li qed tikkumentaw fuq Amy. Hawn min għamel suwiċidju għall-kummenti bħalma tiktbu. Laqwa li ma turux wicċkom biex tikkumentaw. Aħsbu naqra x’qed tiktbu.” Saħansittra fil-kummenti kien hemm min kompla jżid mal-kummenti negattivi.
Huwa tajjeb li jkollna opinjoni, imma jkun aħjar naraw ftit kif ser neprimuha.
Karen Fero/ Love Island Malta Memes