“Pulizija Maltin Jassistu F’Operazzjoni Tal-Frontex Fil-Baħar L-Iswed” – Il-Ministru Byron Camilleri

Il-Ministru Byron Camilleri kiteb dwar operazzjoni fil-Baħar l-Iswed li qed jassistu fiha l-Pulizija ta’ Malta.

Hu spjega, “Pulizija Maltin jassistu f’operazzjoni tal-Frontex fil-Baħar l-Iswed, ‘il barra mill-Kosta tar-Rumanija, flimkien ma’ uffiċjali mill-Portugall, mill-Italja, mill-Greċja, mil-Latvja u dawk mir-Rumanija. Dawn l-iskambji huma importanti għax mhux biss iservu ta’ esperjenza iżda wkoll taħriġ li wara jintuża lokalment.”

Żied jgħid, “L-uffiċjali Maltin qegħdin jingħataw ukoll taħriġ mill-Frontex fuq apparat sofistikat, fosthom drones li jistgħu jittajru mill-ilma u apparat li jista’ jintuża bil-lejl fuq il-baħar, kif ukoll apparat ta’ salvataġġ illi jitħaddem b’remote control (remote life buoy) sabiex jassisti persuna f’diffikultà mingħajr il-ħtieġa li uffiċjal jinżel fil-baħar.”





Facebook / Byron Camilleri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI