Beatrice Njoya, Miss Universe Malta 2024 qalet ħafna kritika minħabba li kienet l-ewwel mara ta’ kulur li rrappreżentat lil Malta. Ma kinitx l-ewwel barranija li għamlet dan iżda din id-darba minħabba l-karnaġġjon tagħha kien ovvja li rrappreżentata f’isem Malta mhix Maltija.
Fuq ritratt ta’ Miss Universe Malta Beatrice tikkummenta, “Lil kull min f’daqqa waħda sar tant kurjuż dwar il-post tiegħi f’Miss Universe, ejja niċċaraw xi ħaġa. Qabel ir-rebħa storika tiegħi bħala l-ewwel mara ta’ kulur li qatt irrappreżentat lil Malta f’kompetizzjoni internazzjonali, ħafna minnkom lanqas biss kontu tafu li Malta tipparteċipa f’Miss Universe – lanqas kien jimportakom.”
“Ħadt xi premju? Forsi le. Imma dawn hu li għamilt: kont parti mill-istorja. Kissirt l-isterjotipi. Introduċejt lil Malta lil nies madwar id-dinja li qatt ma kienu semgħu bil-pajjiż tagħna. Mill-Messiku sal-erbat irkejjen tad-dinja, issa jafu dwar l-attiviżmu tiegħi, il-ħidma filantropika tiegħi, u l-missjoni tiegħi.”
Hi tkompli, “Miss Universe mhix biss dwar il-premju – hi wkoll dwar il-wirt li tħalli warajk. U proprju dan għamiltu. Għalhekk, waqt li intom qed taraw il-punti, il-bqija tad-dinja qed tiftakar lil Malta mhux għall-pożizzjoni tagħha, imma għall-impatt li għamilna flimkien.”

Ritratt: Facebook / Miss Universe Malta
Beatrice Njoya ttemm tgħid, “Issa, ħa nistaqsi: fejn kienu dawn l-opinjonijiet kollha qabel ma poġġejtna fuq il-mappa? Hekk ħsibt.”