“Qaluli Kif Il-Facebook U Instagram Mhux Ituhom Iċ-Ċans Li Jużaw Monetisation Features … Għaliex Din Id-Diskriminazzjoni?” – L-MEP Peter Agius

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Membru Parlamenrtari Peter Agius qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ.

Qal, “Ma rridx nara Maltija jew Malti wieħed li għandu dritt fl-Ewropa u jiġi mċaħħad minnu! Dil-ġimgħa ġew ħdejna l-Content Creators. Qaluli kif il-Facebook u Instagram mhux ituhom iċ-ċans li jużaw monetisation features bħal riklami u sponsorships bħal ma jagħmlu artisti bħalhom fl-Ewropa. Għaliex din id-diskriminazzjoni??!”

Żied, “Immedjatament ikkuntattjajt kemm lill-kumpannija Meta kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea b’talba għal azzjoni dwar dan. Komplu oħolqu u komplu ispirawna. Jien ser ngħinkom!”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI