"Qaluli Li Ommi Mejta U Missieri Qiegħed Fil-Periklu Tal-Mewt… Ħajti Nbidlet Ta' Taħt Fuq" – Bint Mildred Azzopardi

Bint il-mibkija Mildred Azzopardi li tilfet ħajjitha traġikament ftit ġimgħat ilu f'inċident f'Ta' Liesse tistqarr li minn dakinhar 'l hawn ħajjithom inbidlet ta' taħt fuq u ssostni li għadha tħoss ħafna n-nuqqas t'ommha.

"Tħossok mitlufa kompletament u saħansitra dawk l-affarijiet li għal ħaddieħor huma żgħar tħoss in-nuqqas tagħhom," saħqet b'dieqa l-bint fejn issemmi fost oħrajn kif ommhom Mildred kellha drawa li taħmilhom kejk f'għeluq sninhom, iżda llum dan m'għadux possibbli. 

"B'xorti tajba missieri issa jinsab ħafna aħjar u qed jieħu t-trattament biex forsi jerġa' jibda jimxi," spjegat Amy fuq nota iżjed pożittiva waqt il-programm Popolin li qed jixxandar kull nhar t'Erbgħa fid-21:15.

Kuraġġ!

Facebook / Popolin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI