Kevin Paul, iħalli dan il-messaġġ ħlejju bħala ringrazzjament tal-esperjenza li kellu fit-tieġ ta’ Delta U Matthew.
“Għeżież Delta Goodrem u Matthew Copley, grazzi mill-qalb talli stedintuni nkanta għall-pre-wedding tagħkom u għall-unur inkredibbli li kont mistieden għaż-żwieġ tagħkom. Intom żewġ persuni umli u sinċieri, u kien mument tassew kommoventi li nara l-imħabba u l-kuraġġ li tagħtu – mhux biss bejn xulxin, imma wkoll ma’ kull min ikun madwarkom.
Matthew, qatt ma ninsa meta qomt bilwieqfa u stedint lil kulħadd biex jiġu viċin u jisimgħu l-kanzunetta tiegħi. Ħloqtli spazju speċjali fejn naqsam il-mużika oriġinali tiegħi, u kantajtu lkoll miegħi u gawdejtu l-mument, dan verament fisser id-dinja għalija.Bħala artist, nħares ħafna lejkom it-tnejn. Kienet esperjenza li qatt ma ninsa li qsamtha magħkom.Prosit mill-qalb – intom jistħoqqilkom lil xulxin tassew. Nawguralkom ħajja mimlija mħabba, daħk u mużika.
B’għożża u gratitudni,
Kevin Paul