“Qatt Ma Stennejt Li Owen Se Jġib L-Inqas Voti Mill-Pubbliku… Il-Midja Soċjali Mhux Dejjem Turi R-Realtà” – Howard Keith

L-eliminazzjoni tal-bieraħ ta’ Owen Luellen minn X Factor Malta qanqlet mewġa ta’ opinjonijiet differenti. Fost oħrajn irreaġixxa għal din l-eliminazzjoni dalgħodu fuq il-midja soċjali wieħed mill-membri tal-ġurija ta’ din il-kompetizzjoni mużikali, Howard Keith.

Hu stqarr li qatt f’mitt qamar ma kien qiegħed jistenna li lbieraħ Owen kien se jkun dak il-parteċipant li jġib l-inqas voti mill-pubbliku. Sostna li dan juri li l-midja soċjali mhux dejjem tirrifletti r-realtà.

Fisser kif l-ammirazzjoni u s-sapport tiegħu lejn Owen bdew proprju 8 snin ilu meta kien rah l-ewwel darba fl-awdizzjoni li kien għamel għal X Factor Malta f’Lulju tal-2018. Din l-awdizzjoni kienet wasslet lil Owen sabiex jikklassifika fit-tieni post f’dak l-istaġun.



Howard irrefera wkoll għal prestazzjoni eċċelenti li Luellen kien ta fit-tieni staġun ta’ X Factor Malta fejn kien ingħaqad bħala mistieden speċjali mal-grupp finalist F.A.I.T.H. Semma kif f’din il-prestazzjoni spikka ferm it-talent straordinarju ta’ Owen u saħaq li kien għalhekk li qatt ma stenna din l-eliminazzjoni.





Ritratti:

Facebook / X Factor Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI