Sena wara sebat’ ijiem ta’ għawm madwar Għawdex, Neil Agius kiteb dwar il-konklużjonijiet xjentifiċi li wasal għalihom.
Hu spjega, “Is-sena l-oħra, għamilt l-għawma ta’ sebat’ ijiem, 271 kilometru madwar Għawdex, f’esperiment ħaj. Din l-għawma kienet differenti għax għażilna rotta xjentifika, fejn studjajna l-moħħ, u l-ġisem, taħt kundizzjonijiet estremi.”
Żied jgħid li diversi studju rriżultaw li jilħaq il-kriterji tal-ADHD, imma kien jirnexxielu jiffoka u jżomm l-attenzjoni ħafna iżjed f’kuntesti li jfissru ħafna għalih, bħall-għawm. Fl-ilma rnexxielu jiffoka perfettament għal 15-il siegħa mingħajr waqfien.
Żied jgħid, “Aħna kollha qed infittxu xi ħaġa li tfisser ħafna għalina. Il-mistoqsija m’għandhiex tkun, ‘kif se nirranġa l-attenzjoni tiegħi?’ iżda, ‘Fejn jirnexxieli nżomm l-attenzjoni tiegħi?’”
Facebook / Neil Agius