“Qed Nitlob Biss L-Aktar Affarijiet Bażiċi, Ftit Ikel U Detergenti, Biex Darna Tibqa’ Għaddejja” – Josette Busuttil F’Isem Carmela

Fuq il-mezzi soċjali, Josette Busuttil kitbet f’isem omm li xtaqet tappella għall-għajnuna. Din l-omm saħqet li sabet ruħa bla xogħol u għandha bżonn l-għajnuna tal-pubbliku sakemm tqum fuq saqajha, biex it-tfal għeżież tagħha jkollhom x’jieklu..

Hi qalet, “Jien Carmela, omm waħdi ta’ tliet itfal,Fabio, Marie u Darlene. Il-ħajja laqtitni hazin. Kont naħdem, kont niġġieled, kont nagħmel minn kollox biex uliedi ma jonqsuhom xejn. Imma llum sibt ruħi bla xogħol, bla appoġġ, u b’dinja li qed tagħfas fuqi minn kull naħa. Għalija nġorr kollox. Imma għal uliedi… qalbi tinkiser. Huma żgħar, għandhom bżonn l-ikel. U jien, minkejja li qiegħda ngħum fid-dlam, għadni niġġieled kuljum biex inżommhom tajbin.”



Żiedet tgħid, “Qed nitlob biss l-aktar affarijiet bażiċi, ftit ikel u detergenti, biex darna tibqa’ għaddejja u uliedi jibqgħu protetti. Mhux lussu, mhux kumdità… biss il-bżonnijiet li kull tifel għandu dritt ikollu. Qatt ma nieqaf niġġieled għal uliedi. Imma llum, qabel ma nerġa’ nqum fuq saqajja, għandi bżonn xi hadd li jgħini. Min għandu qalb li tħoss u jista’ jagħti anke bil-ftit, jista’ jċemplili fuq 98112532. Grazzi minn qalbi,f’isem Fabio, Marie u Darlene.”





Ritratti:

Facebook / Josette Busuttil

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI