Għalkemm bdiet tqattar ix-xita, folla kbira nġabret f’Ħal Għaxaq għal-leġġenda tas-snin 80, Kim Wilde. Wilde tat prestazzjoni inkredibbli, fejn kantat diversi kanzunetti mill-katalgu tagħha: suċċessi mis-snin 80 u anke oħrajn reċenti.
Fuq il-palk, Kim ingħaqdet ma’ ħuha Ricky Wilde li daqq il-kitarra u n-neputija tagħha li għandha vuċi inkredibbli daqs iz-zija tagħha. Wilde kantat kanzunetti bħal ‘Kids in America’, ‘You Came’ u ‘You Keep Me Hangin’ On’.
Kim kantat bħala parti mis-Summer Lust Għaxaq Music Events. Il-ġimgħa d-dieħla, Alphaville se jkunu qed ikantaw minflok Bonnie Tyler li sfortunatament kellha interventi mediċi.