Għada L-Finali Tal-Eurovision 2026 – Min Taħsbu Li Se Jirbaħ?

Hekk kif segwejna żewġ serati mill-isbaħ, issa nafu wkoll min huma l-25 pajjiż li għada s-Sibt ser jikkompetu fil-finali tal-Eurovision 2026 li s-sena qed jiġi ospitat fi Vjenna. Fosthom hemm il-kantant Malti Aidan li rnexxielu jagħmilha fost l-għaxar finalisti tat-tieni semifinali. Għat-tieni sena konsekuttiva, Malta rnexxielha tasal sal-fażi tal-finali f’żewġ edizzjonijiet kompetitivi immens.

Id-djar tal-imħatri qed ibassru li Malta ser tiġi fl-għaxar post tal-kompetizzjoni. Sa bħalissa u kif ilha s-sitwazzjoni minn madwar Marzu, l-Fillandja jinsabu fil-quċċata tad-djar tal-imħatri biċ-ċans imbassar huwa ta’ 44%. Warajhom hemm l-Awstralja b’16% ċans, u fit-tielet post hemm il-Greċja b’8% ċans.

Min taħsbu li ser jirbaħ għada?







Ritratti:

AIDAN

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI