Ħafna ilhom isegwu l-istorja ta’ qsim il-qalb ta’ Pina, kelba li nstabet f’kundizzjonijiet orribbli li ġiet salvata minn Christa Cilia li għandha qalb tad-deheb. Diġà għaddiet ġimgħa, u Pina bil-mod il-mod qed titjieb.
“Ġimgħa ilu llum, suppost kelli niltaqa’ ma’ sħabi filgħaxija għal kawża tajba għall-annimali… imma mbagħad rajt lil Pina,” kitbet Christa.
“Ikkanċellajt il-pjanijiet tiegħi għax ma kien hemm l-ebda mod kif stajt inħalliha hemm f’dik il-kundizzjoni. Bqajt sakemm fl-aħħar irnexxieli naqbadha, u minn dak il-mument il-vjaġġ tagħha nbidel kompletament.”
“Ġimgħa wara, tinsab fis-sigurtà, maħbuba, u qed tirċievi l-kura u l-mediċini kollha li teħtieġ. Għadha fraġli ħafna, imma nittama tassew li ftit ftit ġisimha jibda jirrispondi u jitjieb bil-kura kollha li qed tirċievi.”
Facebook / Christa Cilia