Bħalissa ninsabu f’nofs pandemija bil-Coronavirus magħruf b’mod tekniku bħala SARS-CoV-2. Dan il-virus jikkawża l-marda Covid-19. Nies li qed jimirdu bil-Covid-19 jista’ jkollhom varjetà wiesgħa ta’ sintomi.
It-telf ta’ xagħar qed jiġi rrappurtat f’nies li rkupraw minn Covid-19. Iċ-Ċentri għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard (CDC) jinnota li t-telf ta’ xagħar bħala effett potenzjali fit-tul tal-Covid-19. Dan l-aspett qed jiġi investigat f’aktar dettall.
S’issa għad m’hemm l-ebda evidenza li l-Coronavirus innifsu jikkawża direttament telf ta’ xagħar, iżda t-tobba jemmnu li l-istress fiżiku u emozzjonali li jakkumpanja każ ta’ Covid-19 jista’ jwassal għal kundizzjoni riversibbli ta’ telf ta’ xagħar imsejħa telogen effluvium.
In-nies tipikament jitilfu sa 100 xagħra kuljum. Telogen effluvium jista’ jikkawża li madwar 300 xagħra jaqgħu kuljum sa 6 xhur – din l-esperjenza li tista’ tikkawża ħafna dwejjaq u ansjetà. L-aħbar it-tajba hija li t-telogen effluvium hija kundizzjoni temporanja, u x-xagħar eventwalment jerġa’ jikber.
Madankollu, jista’ jieħu ftit ħin mhux ħażin biex ix-xagħar jikseb it-tul oriġinali tiegħu. Ħafna drabi l-proċess idum minn sitt xhur sa sena.