Ftit sigħat ilu ħarġet l-aħbar li matul is-sigħat tal-lejl tilef ħajtu raġel ta’ 25 sena fl-inħawi tal-Exiles wara li sab diffikultà fl-għawm.
Issa qed jinġabru l-fondi sabiex ir-raġel ikun jista’ jittieħed lura f’art twelidu ġewwa n-Nepal u jsirlu funeral hemmhekk. Fil-fatt, s’issa diġà nġabret is-somma sabiħa ta’ €1,339.
Ħbieb tiegħu qed jappellaw sabiex kulħadd jagħti l-kontribut finanzjarju tiegħu ħalli jiġi żgurat li ż-żagħżugħ ikun jista’ jerġa’ jingħaqad ma’ familtu u hemmhekk issirlu l-aħħar tislima.
Huma qed jiġbru d-donazzjonijiet għal dan l-għan hawnhekk.
Strieħ fis-sliem!
Ritratti: Facebook / NRNA NCC Malta u Gallagher