"Qisni Rbaħt Lotterija Oħra… Ta' 67 Sena, Erba' Ġimgħat Jiġġieled Għal Ħajtu Lura D-Dar" – It-Tabib Frank Portelli

It-tabib Frank Portelli qasam storja ta’ tama, storja ta’ raġel ta’ 67 sena li kien fl-ITU u wara tliet ijiem milli daħal l-isptar spiċċa fuq il-ventilatur. Jidher li wara ftit jiem ma kellux bżonn aktar il-ventilatur u fi ftit inqas minn xahar minn meta daħal l-isptar reġa’ ngħaqad mal-familja tiegħu d-dar.





Il-mara tiegħu għaddiet messaġġ lit-tabib Frank Portelli, “Ma nistgħux nirringrazzjaw biżżejjed lill-frontliners kollha. Grazzi wkoll lil dawk kollha li talbu għalih. Miraklu.Tifħir lil Alla.” Stejjer ta’ tama hawn fostna wkoll.



It-tabib Portelli qal li għalih qisu rebaħ lotterija meta jisma’ storja bħal din. Hemm bżonn li nieħdu ħsieb ħalli kemm jista’ jkun ma ngħabbux b’piż żejjed lill-frontliners u l-isptar tagħna! Ejja naħsbu f’xulxin.

Facebook / Frank Portelli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI