"Quddiesa B'Suffraġju Għar-Ruħ Il-Ħames Vittmi Tal-Isplużjoni Li Seħħet Fis-Saint Helena's Fireworks Factory f'Ġunju Tal-2007."

L-Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919 ta’ Birkirkara fakkret b’sens ta’ rispett u dieqa l-anniversarju tat-traġedja li seħħet fl-2007 – ġrajja li ħalliet marka profonda fuq il-komunità u lil hinn minnha. Din is-sena jagħmlu 18-il sena minn meta ħames irġiel tilfu ħajjithom fi splużżjoni devastanti fil-Fabbrika tan-Nar ta’ Sant’ Elena f’Ġunju tal-2007.

Huma jiktbu, “Bħal kull sena ser tkun organizzata Quddiesa b’suffraġju għar-ruħ il-ħames vittmi tal-isplużjoni li seħħet fis-Saint Helena’s Fireworks Factory f’Ġunju tal-2007. Il-quddiesa ser issir nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju 2025 fis-18.30 fil-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena. Nitolbu lill-Mulej jagħti l-mistrieħ ta’ dejjem lill dawn ħutna.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, noffru tislima sinċiera lill-memorja ta’ dawn l-irġiel, u nfakkru l-familji tagħhom f’din il-ġurnata ta’ rispett u riflessjoni. Il-kuraġġ tagħhom, it-tbatija tagħhom, u l-imħabba tagħhom ma jintilfux u jibgqħu jitfakkru.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI