Raġel Jiskopri Li T-Tifel Li Rabba Għal Tmien Snin Ma Kienx Tiegħu – X'Passi Ttieħdu?

Raġel li rabba tifel għal tmien snin waqt li ħaseb li kien ibnu skopra l-verità xokkanti. Hekk kif il-każ spiċċa l-qorti ta’ Malta, l-Imħallef ordna li isem ir-raġel jitneħħa bħala l-missier bijoloġiku tat-tifel u minfloku jiġi sostitwit b ”missier mhux magħruf”.

Ir-raġel qal lill-Imħallef Abigail Lofaro li hu u omm it-tifel kienu ilhom f’relazzjoni għal seba ‘ snin meta sar jaf li kienet tqila, qaltlu li hu l-missier. Dak iż-żmien, kien raġel qiegħed imma għamel sforz biex isib impjiegi biex ikun jista’ jixtri post fejn ikunu jistgħu jgħixu bħala familja. Meta t-tifel twieled, huwa ġie rreġistrat bħala missier bijoloġiku tiegħu fiċ-ċertifikat tat-twelid peress li qatt ma ssuspetta b’din l-istorja.

Jidher li t-tifel hu ta’ persuna li kien ġar tal-ġenituri ta’ omm it-tifel. Il-qorti mhux ser tikkunsidra lil ħadd mill-irġiel bħala missier bijoloġiku tat-tifel, u issa kunjom it-tifel ta’ tmien snin ser ikun tal-omm.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI