“Rabbejtni Inti, Dejjem Tajtni Prijorità, Għallimtni X’inhu Tajjeb U Ħażin…” – Gillian Attard Lill-Għażiża Nanna Tagħha F’Jum Għeluq Sninha

Illum jaħbat għeluq snin l-għażiża nanna ta’ Gillian. F’dan il-jum speċjali, Gillian taqsam ritratt magħha u tiktbilha messaġġ mill-qalb, messaġġ li juri l-imħabba, ir-rispett u l-għożża kbira li għandha lejn nannitha.





Hi tikteb, “Rabbejtni inti, dejjem tajtni prijorità, għallimtni x’inhu tajjeb u ħażin, u iva, anke kkastigajtni meta kont imqarqċa żgħira. Imma minkejja kollox, l-imħabba tiegħek bla tmiem. L-imħabba tiegħi għalik hija infinita, Nanna. Nawguralek f’għeluq sninek.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha aktar snin mimlija, saħħa, mħabba u għożża!

Facebook / Gillian Attard



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI